Search
Close this search box.
Search
Close this search box.
Search
Close this search box.

UPE Articles

Il-UPE li hija l-Unjin li għażlu l-LSEs fil-maġġoranza tagħhom

Għeżież Membri, 

Qiegħed quddiemkom illum bħala il-kap tal-UPE, u nindirizza lill-membri stmati li jiffurmaw din l-organizzazzjoni tagħna.

Fis-sena 2018, bdejna vjaġġ storiku, li ssawwar triq alternattiva għall-edukaturi madwar il-pajjiż. Il-bidu tal-UPE kien rispons dirett għall-ftehim kollettiv diżastruż innegozjat u ffirmat mill-MUT, li ġab tbatijiet finanzjarji u personali, kemm fuqkom u fuq il-familji tagħkom.

Aħna rrikonoxxejna il-ħtieġa li nissalvagwardjaw id-drittijiet tiegħek u bqajna sodi fl-impenn tagħna minn dakinhar. Matul is-snin, iġġilidna bosta battalji, u ksibna mhux biss il-fiduċja tiegħek iżda wkoll il-fiduċja tas-soċjetà inġenerali. 

Ahna Union serja u ma nibzghux niġġieldu ghad-drittijiet tal-membri taghna b’kull mezz li taghtina l-ligi. Ksibna riżultati sodisfaċenti, iżda din il-ġlieda għadha ‘l bogħod milli tintemm. Aħna wegħda li nkomplu naħdmu b’mod diliġenti biex nistabbilixxu sistema bbażata fuq il-meritokrazija u l-ġustizzja fuq il-post tax-xogħol. F’rebħa sinifikanti, f’Lulju li għadda, l-UPE ġiet iddikjarata bħala il union li ghandha l-maġġoranza tal-LSEs statali f’Malta u Għawdex. Din il-fatt gie ippruvat mill-ġdid permezz ta’ proċeduri legali. 

Sfortunatament, il-Ministeru tal-Edukazzjoni għażel li ma jagħtix kaz ir-rieda tal-maggoranza tal-LSEs li ghazlu lill-UPE biex tirrappreżentahom b’mod effettiv. Din hija d-devjazzjoni serja min-norma f’soċjetà demokratika u hija indikattiva ta’ demokrazija ta’ fuq il-karta biss.

Minhabba f’hekk il-UPE sabet ruħha mġiegħla tieħu lill-Ministeru tal-Edukazzjoni quddiem it-Tribunal Industrijali u tesplora b’mod eżawrjenti r-rimedji kollha disponibbli. 

Huwa importanti li wieħed jinnota, madankollu, li t-Tribunal Industrijali jikkonsisti minn Chairperson u zewg membri mahtura mill-Gvern. Dawn mhumiex membri tal-gudikatura bhal ma huma l-Magistrati u l-Imhallfin. Fil-fatt, ic-chairpersons u l-membri tat-Tribunal Industrijali ma jgawdux security of tenure u jiddependu mill-Gvern sabiex jigu mgedda jew estizi fil-kariga. 

Il-Gvern seta’, kieku ried, jonora l-fatt illi l-UPE kellha l-maggoranza tal-LSEs bhala membri taghha u halla li jitkompla l-process tal-verifika. Kieku ghamel hekk, minflok immorru t-Tribunal Industrijali, kien isehh process demokratiku fejn jigi stabbilit min miz-zewg unions ghandu l-akbar appogg tal-LSEs. Minflok, il-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, ghogbu joggezzjona ghal dan bil-konsegwenza li l-uniku triq li kellna kienet li nifthu kaz quddiem it-Tribunal Industrijali. 

Minkejja trajettorja inizjalment promettenti għall-każ tagħna, it-Tribunal Industrijali ghogbu jarmi 40 sena ta’ preċedenti legali li jiffavorixxu d-dritt tal-assocjazzjoni hielsa tal-ħaddiema fil-union tal-ghazla taghhom. Dan huwa kaz mill-aktar serju fejn l-ghazla tal-maggoranza tal-LSEs giet imwarrba sempliciment ghax il-gvern ghogbu joggezzjona ghat-tkomplija tal-process ta’ verifika u rikonoxximent.  

Huwa evidenti li l-gvern, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, fittex li jdgħajjef id-dritt tiegħek ta’ affiljazzjoni u jippreferi l-istatus quo. Huma car illi Gvern u d-Direttorat ghas-Servizzi Edukattivi ghandu biza’ kbira mill-UPE. Dan ghaliex il-UPE ma hijiex union servili li tbaxxi rasha u li thalli l-membri taghha jkunu stmati bhal bicciet tal-art. Fuq kollox il-UPE trid illi l-LSEs ikunu stmati ta’ professjonisti, jkollhom pagi u kundizzjonijiet xierqa u ma jithallewx jahdmu f’ambjenti ta’ xoghol fejn is-sahha u s-sigurta’ taghhom jigu sistematikament injorati.

Minkejja t-tfixkil kollu, il-UPE ma hijiex ser taqta’ qalbha ghax taf li qeghdha fit-triq tas-sewwa. L-ebda awtorita’ ma ghandha dritt tohnoq il-vuci tal-maggoranza. Il-maggoranza tal-LSEs issiehbu fil-UPE u d-dritt ta’ assocjazzjoni taghkom ghandu jissarraf f’rapprezentenza konkreta. 

Huwa ghalhekk illi l-UPE ser izzid il-hidma taghha sabiex il-vuci tieghek, il-vuci tal-maggoranza tal-LSEs tigi ripettata. Dan ser naghmluh permezz ta’ kull mezz li taghtina l-ligi. Diġà tajt struzzjonijiet lit-tim legali tagħna biex jesplora toroq alternattivi ‘l quddiem. Dan sabiexi nharsu d-dritt sagrosant tieghek li tkun rapprezentat mill-union li ghazlet il-maggoranza tal-LSEs.

Min hawnhekk intenni l-impenn tieghi bhala l-mexxej tal-UPE li din il-Union tibqa’ verament il-Union tieghek. Dan ghaliex il-UPE  tahdem ghall-interessi tal-membri taghha biss u ma tipruvax tintgogob ma kulhadd billi sahansitra tiraprezenta lill-management. Ghidli kif tista tkun membru ta union, u taf bic cert li min suppost jaqbez ghalik, qieghed ukoll jithallas minn dak li qieghed kontrik jew ghandu interessi differenti minn tieghek! 

Huwa verament ta’ ghajb illi union ohra ipprovat tiskredita lilkom talli intom ghaziltu lill-UPE biex tirraprezentakom. Jidher bic-car illi dawn it-talin ma jemmnux fid-dritt tal-liberta’ tal-assoccjazzjoni u jippreferu l-imposizzjoni. Min jemmen fid-demokrazija ma jibzghax minn process demokratiku ta’ verika u ma jifrahx bl-imposizzjoni. 

Fl-ahhar inwieghdom illi l-UPE mhu ser tħalli l-ebda ġebel mittiefsa u ser tesplora b’mod eżawrjenti r-rimedji kollha mogħtija mil-liġi, anki jekk dan ikun jeħtieġ li l-każ tagħna jittella’ f’livell Ewropew. 

Il-UPE hija l-vuci tal-maġġoranza tal-LSEs u l-post leġittimu tagħna huwa fuq il-mejda tan-negozjati, naħdmu bla heda biex niżguraw futur aħjar għal kull wieħed u waħda minnkom.

Hadd ma ghandu dritt iwarrab il-vuci tal-maggoranza. 

Grazzi.

Graham Sansone – Kap Ezekutiv tal UPE

Related News

Related News

Login