Search
Close this search box.
Search
Close this search box.
Search
Close this search box.

UPE Articles

Aktar Skandli ġo Primarja tal-Kulleġġ Santa Tereża

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi, Emile Vassallo baqa’ ma ħax passi konkreti dwar allegazzjonijiet serji ta’ bullying, mobbing u vittimizzazzjoni fuq uħud mil-istaff ta’ Primarja fil-Kulleġġ Santa Tereża. 

Minkejja illi d-Direttur Ġenerali, is-Segretarju Permanenti u anki l-Ministru kienu infurmati xhur sħaħ b’allegazzjonijiet mill-aktar serji rigward allegazzjonijiet ta’ bullying u intimidazzjoni mill-Kap tal-Iskola kkonċernata, baqgħet ma ttieħdet ebda azzjoni immedjata. Is-sitwazzjoni tħalliet tiddeterjora xhur sħaħ sa tmiem is-sena skolastika. 

Agħar minn hekk, issa jidher illi l-Kap tal-Iskola tista tbiddel xi klassijiet oħra fl-aħħar mument u dan qed ikompli jżid it-tensjoni fost l-edukaturi ta’ din l-iskola li ma humiex tal-qalba.  Jidher illi dan iċ-ċaqliq huwa intenzjonat biex jgħatti il-fatt illi oriġinarjament kien għalliem wieħed biss li tħalla mingħajr konferma tal-klassi u li kien qed jidher ovju illi dan tħalla mdendel għax il-Kap ma taħmlux. Il-UPE issostni illi jekk jitħalla jsir dan iċ-ċaqliq, dan imur kontra prinċjipju bażiku tal-pedagoġija: illi l-għalliema għandhom jingħataw ħin xieraq biex jippreparaw minn qabel għall-klassijiet li ser ikunu jgħallmu. Fuq kollox jekk isiru dawn il-kambjamenti, mhuma ser iservu ta’ xjen ħlief li jkomplu joħolqu firda fost l-istaff.

It-tensjoni tal-inċertezza dwar din l-iskola qegħdha kull ma jmur tixħet aktar dawl fuq skandli akbar u li minħabba fihom jidher illi xi ħadd għandu interess jitfa’ kollox taħt it-tapit. F’dan ir-rigward il-UPE tkompli tinsisti illi d-Direttur Ġenerali tad-DES għandu jagħti ħafna tweġibiet, fosthom:

  1. Jekk hux minnhom illi il-Kap tal-Iskola ikkonċernata tħalliet iġġib magħha l-Assistent Kap li kellha fl-iskola preċedenti? Arranġamenti bħal dawn huma permessibbli fis-Serviżż Pubbliku? Jekk iva, Kapijiet ta’ Skejjel oħra jistgħu jagħmlu talbliet simili fil-futur? Jekk le, min awtorizza din il-manuvra u x’ passi ittieħdu jew ser jittieħdu fir-rigward?
  2. Jekk hux minnu illi l-Kap tal-Iskola organizzat laqgħat mal-ġenituri minn wara dahar l-għalliema? Xi skop kellhom dawn il-laqgħat? Fuq kollox minn awtorizza dawn il-laqgħat?
  3. Huwa minnu illi l-Kap tal-Iskola organizzat party tal-Milied fil-premises tal-Iskola stess u li għalih kienu mistiedna l-istaff tal-qalba biss? Min awtorizza dan il-party/riċeviment u min ħallas għalih? 
  4. Huwa minnu li xi staff  tal-qalba tal-Kap tal-Iskola qed jingħataw konċessjonijiet sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ieħor minfok dak propju tagħhom, fosthom attivitajiet relatati mal-agrikoltura? 
  5. Huwa minnu li xi membri tal-istaff qed iġibu prodotti agrikoli l-iskola u x’qed isir minnhom? Qed teħodhom il-Kap?
  6. Huwa minnu illi fl-iskola qed isir skambu jew tisrif ta’ flejjes ma’ negozju/azzjenda privata? Jekk iva, tista tingħata spjega skont liema qafas regolatorju ingħataw tali permessi? Jekk le, x’ passi ser jittieħdu?
  7. Huwa minnu illi l-Kap tal-Iskola kienet ser tigi trasferita u kienet diga’ giet assenjata skola oħra, imma din id-deċizjoni giet riversata? Jekk iva, minn min?

Il-UPE tinsisti illi d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għandu jwieġeb mill-aktar fis għal dawn id-domandi. Fin-nuqqas, il-UPE jkolla raġun tifhem illi xi ħadd għandu interess illi jitfa’ kollox taħt it-tapit u li kien għalhekk illi r-rapporti dwar bullying baqgħu fuq l-ixkaffa xhur sħaħ! L-UPE terġa ittenni illi l-edukaturi ħaqqhom aħjar!

Related News

Related News

Login

UPE
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.