Il-UPE temmen bis-sħiħ fid-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema li jassoċjaw rwieħhom mal-union tal-għażla tagħhom għal protezzjoni tal-interessi tagħhom.
II-ħaddiema kollha, inkluż l-edukaturi, għandhom kull dritt li jsegwu direttivi industrijali jew li joħorġu fuq strajk kif ukoll li jagħzlu li ma jsegwuhomx. II-UPE temmen illi ebda ħaddiem ma għandu jiffaċċja konsegwenzi kemm jekk jistrajkja kif ukoll jekk ma jistrajkax.
Għalkemm il-UPE ma tistax tappoġġja strajk imsejjaħ minn union oħra għaliex ma għandix informazzjoni fuq il-kwistjonijiet li l-union l-oħra għandha mal-gvern, il-UPE xorta waħda ser tkun qed tipproteġi lill-edukaturi li jeżerċitaw liberament id-drittijiet tagħhom.
Fuq kollox, il-UPE temmen illi s-salarji u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi misshom ilhom li ġew imtejjba. L-edukaturi ma jistgħux jibqgħu jigu mgħoddija biż-żmien. Qabel kull ftehim jigu mwiegħda s-sema fl-art, waqt il-ftehim segretezza kbira u wara l-ftehim dizappunt totali. Ir-responsabbilta’ għal kundizzjonijiet ħziena tal-edukaturi għandha tintrefa’ mill-gvernijiet Ii amministaw il-pajjiż u mill-union li ħalliethom imorru lura għal stat tal-biki.
Għaldaqstant il-UPE qegħdha twiegħed l-appoġġ lill-membri tagħha kemm jekk jistrajkjaw kemm jekk le. F’dan ir-rigward il-UPE ħarġet il-linji gwida li ġejjin lil membri tagħha li jagħżlu li ma jistrajkjawx sabiex tissalvagwardja l-interessi tagħhom ukoll. Agħfas il-link
Finament il-UPE temmen illi l-edukaturi jixirqilhom aħjar.