UPE Articles

Il-Qorti terġa tagħti raġun lill-UPE!

Tiċħad mandat ieħor tal-Ministeru tal-Edukazzjoni

Il-Union of Professional Educators (UPE) għal darb’oħra reġgħet ingħatat raġun mill-Qorti. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili presjeduta mill-Onor Imħallef Audrey Demicoli ċaħdet mandat ta’ inibizzjoni li l-Ministeru u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni fetħu kontriha u għalhekk ikkonfermat id-dritt tal-UPE li tagħti dawn id-direttivi. Għaldaqstant mil-lum stess dawn id-direttivi jerġgħu jidħlu fis-seħħ minħabba nuqqas sħiħ ta’ rieda mill-gvern li jidħol fi djalogu soċjali mal-UPE biex isolvi t-tilwim pendenti.

Fid-dawl ta’ din l-aħħar sentenza, il-UPE tfakkar illi ilha żmien twil tisħaq illi l-Gvern adotta politika ta’ repressjoni u diskriminazzjoni fil-konfront tagħha. Biss biss, il-UPE tosserva illi l-gvern fetaħ ammont rekord ta mandati ta’ inibizzjoni kontriha, liema mandati kollha ġew miċħuda mill-Qorti. Apparti minn hekk, il-ministeru u dipartiment tal-edukazzjoni ġew misjuba diversi drabi li għamlu improper discrimination mal-UPE u l-membri tagħha mill-Uffiċju tal-Kummissarju tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċju tal-Ombudsman. 

Fir-rigward ta’ dan kollu, il-UPE tisħaq illi l-Ministeru tal-Edukazzjoni irid ċaħħad lill-UPE u l-membri tagħha mid-drittijiet fundamentali ta’ assoċjazzjoni ħielsa u ta’ libertà ta’ espressjoni. Dan ma jixraqx lil gvern li jiftaħar li jrid ikun l-ewwel fl-Ewropa fid-drittijiet ċivili imma imbagħad juża kull mezz biex ifixkel il-ħidma ta’ waħda mill-akbar trade unions fil-pajjiż.

Għaldaqstant il-UPE tikkundanna il-politika totalitarja tal-gvern u tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fir-rigward tagħha. Minflok ma jirrispetta d-dritt tal-għażla tal-edukaturi, il-gvern qiegħed isostni monopolju trejdunjonistiku għax ma jemminx fid-djalogu soċjali u jrid biss rubberstamp trade unions. Il-gvern għandu jieqaf jaħli flus il-poplu f’mandati u azzjonijiet ritaljatorji minflok juża l-enerġija tiegħu biex jwettaq djalogu soċjali effettiv u jagħti rappreżentanza xierqa lill-edukaturi li għażlu lill-UPE bħala t-trade union tagħhom.  Safrattant, ħafna skejjel tal-gvern huma fi stat diżastruż, uħud minnhom b’soqfa joqtru u oħrajn mgħarrqin fl-ewwel ilma tax-xita. 

Iċ-ċaħda ta’ dan l-aħħar mandat huwa konferma oħra illi l-UPE għandha raġun fil-missjoni tagħha u jagħtiha aktar kuraġġ biex tassigura rappreżentazzjoni xierqa lill-edukaturi msieħba fiha. 

Matul il-proċeduri tal-mandat il-UPE kienet irrapreżentata mill-Avukati Dr Jason Azzopardi, Dr Kris Busietta u Dr Alessandro Farrugia.

Related News

Why Does UPE Stand Out?

A traditional, antiquated trade union typically represents workers in a general context and engages in broad discussions with the employees’

Related News

Why Does UPE Stand Out?

A traditional, antiquated trade union typically represents workers in a general context and engages in broad discussions with the employees’

Login

UPE
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.