Search
Close this search box.
Search
Close this search box.
Search
Close this search box.

UPE Articles

Budget li Nesa l-Edukaturi

Dawn huma l-punti saljenti tal-Budget 2022 relatati mal-edukazzjoni.

Investiment biex aktar skejjel ikollhom ‘Autism Units’ u magni ‘Braille’

Ser isir investiment biex l-iskejjel tal-istat ikollhom ‘Autism Units’. Ser ikun hemm ukoll investiment f’magni ‘Braille’ biex insaħħu t-tagħlim multisensorjali u jitkabbar l-għarfien għat-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali, anki fost l-istess studenti u l-edukaturi.

Investiment biex tfal b’diżabilità jibqgħu jiġu assistiti wara l-edukazzjoni post-sekondarja

Ser issir ħidma sabiex fuq medda ta’ snin dawk is-servizzi li bħalissa qed jingħataw lil dawk l-istudenti sakemm ikunu jattendu l-edukazzjoni obbligatorja, jibqgħu jingħataw lil dawk l-istudenti li jkomplu bl-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni post- sekondarja.

Insaħħu l-istatus tal-professjoni tal-edukaturi

Tul is-sena d-dieħla ser tkun qed li tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida li tirregola u tkompli ssaħħaħ l-istatus tal-professjoni tal-edukaturi. Din għandha twassal biex tagħti status aktar professjonali lill-edukaturi kollha, inkluż lill-KGEs u lil-LSEs, irrispettivament f’liema livell ta’ edukazzjoni jgħallmu.

Flimkien mal-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-Istitut għall-Edukazzjoni, ser jissokta l-programmi ta’ mentoring li jingħata lill-għalliema li jkunu għadhom kif gradwaw, u jkomplu jiżdiedu l-korsijiet biex kull edukatur ikun jista’ jissokta bit-taħriġ professjonali kontinwu tul il-karriera tiegħu jew tagħha.

Modernizzar u Estensjonijiet ta’ Skejjel

Ser ikun hemm investiment biex tittejjeb l-infrastruttura, bħall-provvista tal-elettriku, biex isir investiment f’titjib bħall-arja kondizzjonata fl-iskejjel. Proġett ta’ bini ta’ skejjel ġodda fl-Imsida u r-Rabat Għawdex filwaqt li ser isiru proġetti ta’ modernizzar f’Ħal Qormi, il-Mellieħa, Ħal Għaxaq kif ukoll f’numru oħrajn f’Għawdex.

*Huwa wkoll mistenni tnaqqis fil-budget lill- Ministeru tal-Edukazzjoni

Related News

Related News

Login

UPE
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.